IL-Magna taż-żmien
Il-ġimgħa l-oħra jien u missieri konna f'post imwarrab u qalb il-ħaxix sibna magna taż-żmien li din taħdem billi tgħafsila buttuna u tieħdok lura fil-passat. Din kienet magna qadima u kbira b'buttuna waħda ħamra.
Dak il-ħin qabditna kurżita kbira u qbadna u għafasna l-buttuna. Imnalla kellna mowbajl fuqna biex jekk ikollu jinqala xi ħaġa jkollna xi ħaġa biex nikkomunikaw mal-familjari.Bla ma nafu kif morna f'Bologna fejn il-patrun tal-Birgu kien jgħix. Hemm sibnih jitlob mal-patrijiet tal-ordni Dumnikana.
Il-post kien qadim ma tantx kien nadif u kien qisu xi knisja. Dak il-ħin ma tajtx kas fejn qiegħed tant kemm kont ferħan se ntir li iltqajt mal-patrun li ta kull sena ngawdu l-festa tiegħu u nġorruh fuq l-ispalla f' Awwissu. Imma din esperjenza differenti minn ta kull sena għax rajt lil San Duminku tad-demm u l-laħam u mhux forma ta' statwa. Hemm qatajna 20 minuta biss kellimtu u ħadtlu b'idejh u awgurali li jkolli ħajja tajba kemm lili kif ukoll lil missieri.
Biex morna lura għall-preżent il-buttuna nbidlet għal blu u l-istess għafasnija u erġajna morna lura eżatt fil-post li kollna qabel dawk l-20 minuta. Malli wasalna d-dar għadna kollox lil ommi u l-oħti u dawk ma rridux jemmnu insomma lanqas jien ma stajt nemmen. Imma ma nistax ingerger għax il-vera ħadt gost u esperjenzajt esperjenza tal-ġenn!