Dowpi
Dan il-ktieb li ser nitkellem fuqu jismu Dowpi l-kelb tal-kotba. Il-persuna jew awtriċi li għamlet dan il-ktieb jisimha Natalie Portelli. Din l-awtriċi għandha ħafna aktar kotba sbieħ, imma illum ħa nitkellmu fuq dan. Din l-istorja vera ġrat. Din l-istorja seħħet ġo dar żgħira u ħelwa. Il-karattru ewlieni huwa Dowpi, il-kelb li dejjem b'xi praspura.
L-isbaħ biċċa ta' dan il-ktieb hija l-biċċa fejn Dowpi, li kien rieqed fuq imħadda, f'daqqa waħda beda jferfer l-imħadda 'l hawn u 'l hemm sakemm ġabha ragħad. Il-mama tgħidx kemm irrabjat ma' Dowpi u Dowpi l-għajjat tal-mama beda jaħsbu li qed tifraħ bih. Kullimkien mimli bil-foam aktar imxerred mal-kamra kollha. Vera daħkitni meta rajt l-istampa ta' meta kien hemm Dowpi jpoġġi fuq imħadda mqatta' u kullimkien mimli foam.
Jien kieku nħajjar lill-ħbieb tiegħi biex jaqraw dan il-ktieb għax sabiħ. Fih
ħafna praspar u sitwazzjonijiet tad-daħk. Jien ċert li jogħġobhom lill-ħbieb tiegħi għax huma nies li jħobbu ħafna l-annimali u l-praspar tagħhom.
ħ