IL-FESTIN TA' LISA
Kien il-festin ta' tifla jisimha Lisa. Hi kienet se tagħlaq ħdax-il sena. Il-festin tagħha kien fil-dar tagħha stess u kien ġol-kamra tal-mistidnin. Il-kamra kienet vojta. Għalhekk poġġew mejda bil-kejk u żejnuha. Ġie Jacob il-ħabib tagħha, dan awguralha f'għeluq sninha.
Meta beda il-festin, Lisa qabdet biċċa mill-kejk u poġġietu fuq platt tal-karti, għajnejha fuq il-kejk biss iffukaw imma dan il-kejk ma kienx għaliha. Għalissa qadet tqassam il-kejk biċċa biċċa lill-mistednin. L-ewwel biċċa kejk tatha lil Jacob. Lisa tat il-kejk bi tbissima lil Jacob u qalitlu, "Ħa, Jacob, l-ewwel biċċa għalik peress li int il-ħabib favorit tiegħi."
Hi qassmet il-kejk tal-frawli lil Jacob. Hu qalilha kemm hi liebsa pulita. Ħassu veru komdu u ma ddejjaqx. F'daqqa waħda meta bdew jitkellmu fuq il-film jismu Lion King, qabeż ċiwawa żgħir u kannella minn ġo tieqa. Kulħadd beda jidħak. Jacob mar biex imellsu u waqagħlu l-kejk tal-frawli li kienet offrietlu Lisa u ċ-ċiwwawa kannella ħataf il-kejk, ġera kemm felaħ, qabeż mit-tieqa u mar jistaħba jiekol il-kejk bil-kwiet.