Il-magna taż-żmien
01/03/2021
Jien u l-ħabiba tiegħi Dior konna sejrin d-dar bil-mixi f'daqqa waħda naraw brazzuletta. Aħna morna niġru d-dar tiegħi u dħalna ġol-kamra tiegħi. Wara ddeċidejna li ninvestigawha u fuqha kien hemm nota. Kien hemm miktub li din kienet magna taż-żmien.
Dior libset din il-magna u jien mort inżomm ma' Dior imma bi żball jien missejt il-buttuna passat u f'ħakka t'għajn morna ħamsin sena ilu. Jien kont imwerwra u ħassejtni se nistordi imma wara ndunajt li kont fi żmien in-nanna tiegħi. Aħna morna nfittxu xi ħaġa interessanti x'nagħmlu.
Aħna rajna d-dar tan-nanna imma lin-nanna rajnieha tilgħab il-passju u l-boċċi. Jien bdejt ngħajtilha imma ma ratnix. Aħna ddejjaqna allura pruvajna nagħfsu l-buttuna preżent imma ma ħadmitx. Jien u Dior bdejna ninkwetaw u allura bqajna nagħfsu l-buttuna. Wara rnexxilna nagħfsu l- buttuna u ħaditna lura fil-preżent. Aħna morna lura d-dar u morna nitkellmu mal-mama' tiegħi. Imma l-mama' ħasbet li mhux vera. Jien u Dior ħadna ħafna gost imma xorta bżajna ftit. Din kienet esperjenza unika.