Il-Magna taż-żmien


Missieri Johnny huwa xjentist. Din l-aħħar sena kien qed jibni magna. Proġett li hu għal qalbu ħafna u ma kien iħalli lil ħadd jersaq lejn il-kantina. Imma jien il-kurżita' tegħlibni. Lejla waħda inżilt inkiss inkiss u rajtha. Kemm kienet sabiħa b"ħafna buttuni u arloġġi fuq quddiem.

Ersaqt quddiem il-magna u jdejja ma felħux ma jmissux il-buttuni. Bdejt nagħfas bl-amment. F' daqqa waħda xegħlet boċċa kbira ħadra. Għafastha u ħareġ riħ qawwi li ħasadni. Bil-qatgħa waqajt u bdejt inħossni niezla, niezla, niezla...


Kif ftaħt għajnejja sibt ruħi fuq il-ħamrija imdawra b 'ħafna siġar kbar. F'daqqa waħda ħassejt l-art titriegħed u smajt għajta kbira ta' animal. Qomt bilwieqfa u ħdejja sibt bajda kbira. Jien qatt ma kont rajt waħda bħalha. Smajt l-art tiċċaqlaq aktar u x' ħin ħarist lura rajt dinosawru ferroċi. Mill- ewwel indunajt li kont ġejt fl-era tad-dinosawri. Qbadt il-bajda u tlaqt niġri biha. Imma ma kinitx idea tajba għax it-T-Rex enormi beda jigri warajja. Indunajt li riedet il-bajda għalhekk tlaqtha mal-art u ergajt bdejt nigri.


Ġejt fejn xmara u rajt xena mill-isbaħ. Kien hemm ħafna dinosawri flimkien. Minn kellu għonqu twil, minn itir u minn qisu b'ħafna ponot fuq dahru. Imma it-T-Rex ma riditx taf. Waslet ħdejja u bdiet tiftaħ ħalqha. Kellha snien kbar u bil-ponta. Bdejt nirtogħod u nibza'. Ħrabt minn fuq il-post biex insib il-magna ta' misieri. X' ferħ ħassejt x' ħin rajtha. Dawwart il-buttuni għas-sena 2021. Dak il-ħin

it-T-rex qabdet lili u lill-magna f'idha u kienet se titfagħna ġo ħalqa. Werżaqt u kont pronta għafast il-boċċa l-ħadra u.......


Qatt ma kont daqshekk ferħana nisma' u nara lil missieri.Tagħni tgħannieqa kbira u qagħad jismagħni. Kelli provi biżżejjed li l-magna ta' missieri kienet taħdem tajba.