Safra mill-isbaħ








Is-Sajf tas-sena l-oħra, kien wieħed mill-isbaħ sjuf li qatt kelli. Għal għeluq snini, missieri għamilli sorpriża u ħa lili u lil ommi safra sal-Ġermanja. Il-Ġermanja huwa pajjiż tant għal qalbna għax huwa l-pajjiż tat-twelid ta'missieri.


Aħna morna nżuru n-nanniet u rqadna fid-dar kbira tagħhom. Dak inhar f'għeluq snini, in-nanniet għamluli festin żgħir fil-ġnien mimli siġar u pjanti tagħhom. Filwaqt li n-nannu beda jixwi l-laħam, bdejna nisimgħu tħaxwix ta' weraq.


Kif ħa nibdew nieklu, joħroġ volpi jittawwal u jħares lejn l-ikel abbundanti u appetituż tagħna. Kien jidher li l-volpi kellu l-ġuħ, għalhekk fil-pront, qbadt platt u tfajt ftit laħam għal volpi. Minnufih il-volpi beda jiekol l-ikel li tajtu. Kemm kienet safra speċjali għax qatt ma kont rajt volpi fil-viċin qabel dak in-nhar!