Mixja ħdejn il- baħar

Is-Sibt filgħodu Matthias u Kayle marru mixja ħdejn il-baħar. It-temp kien xemxi u b'ħarira żiffa. Il-baħar kien sabiħ u b'naqra ċafċifa. Matthias u Kayle bdew jimxu mal-bajja mingħajr żarbun. Ħadu ħafna gost biż-żiffa li kienet għaddejja. Il-ġenituri tagħhom kienu qed jarawhom min-naħa l-oħra tal-bajja. Kayle lemħet lill-familja tagħha u xejritilhom. L-aħwa, x'ħin bdiet tiżreġ ix-xemx, marru lura fejn il-ġenituri tagħhom.