Maltempata
Darba waħda, waqt li mort mixja mal-kelb tiegħi Fido,qatt ma bsart li ser jiġri hekk.
Li ġara hu li f'ħakka t'għajn ġiet maltempata li ried jaqla' kull m'hemm. Biex tgħaxxaqa jiena kont insejt l-umbrella tiegħi d-dar u allura jiena u Fido ġejna imxarrbin għasra . Tgħidx kemm kien hemm riħ ivenven u l-arja kienet kiesħa silġ.
Fido kellu qalbu daqs ta' ljun li filfatt huwa sab gallarija kbira li aħna stajna nistkennu taħta għaliex ma stajniex immorru d-dar minħabba s-sajjeti, t-toroq mimlijin ilma u minħabba l-karozzi weqfin kullimkien. Wara siegħa nistennew ix-xita tieqaf, fl-aħħar waqfet. Tgħidx kemm ġrejna lura d-dar. Kif wasalna t-tnejn li aħna ħadna banju sħun u lbisna ħwejjeġ xotti u ġakketta sħuna.
Kif ilbisna indunajt li ħallejt it-tieqa tal-kamra tiegħi miftuħa beraħ u b'hekk kien hemm għadira kbira ta' xita, ma kellix għażla oħra ħlief li nixxotta l-art. Meta kont lesta bdejt ngħid bejni u bejn ruħi li missni rajt ir-rapport tat-temp u li qatt m'għandi nerġa noħroġ bla umbrella.