UFO

Ingredjenti


Zokkor

Trab isfar

Ħalib

Żejt

Likwidu maġiku bil-ħmira

Għodod tal-kċina


Mgħarfa tal-injam

Vażun tad-deheb

L-istruzzjonijiet


1 L-ewwel itfa' t-trab isfar ġol-borma maġika. Wara itfa' z-zokkor.

2 Wara itfa' l-ilma maġiku bil-ħmira. Ipprova ddaħlux ġo għajnejk!

3 Wara żid il-ħalib u ż-żejt ġol-borma.

4 Fl-aħħar aqbad mgħarfa tal-injam u ħawwad it-taħlita sew. Ferra t-taħlita ġo vażun tad-deheb għax hemm biss tista' toqħod it-taħlita.


Importanti: Din it-taħlita hija velenuża għal nies li ma sajruhiex.