Ikteb paragrafu biex tiddeskrivi x'kien hemm f'lejla speċjali li attendejt fir-raħal fejn toqgħod.

Fir-raħal taż-Żejtun organizzaw lejla speċjali. Kien hemm bosta attivitajiet sbieħ għall-adulti kif ukoll għat-tfal. Bosta kienu li attendew din is-serata ġoż-Żejtun. Kien hemm ħafna mwejjed bl-ikel tradizzjonali Malti bħal ġbejniet, zalzett tal-Malti , ħobż biż-żejt, fniek, bigila u ħafna iktar. 'Il fuq mill-ikel kien hemm nies apposta libsin ta' karratri tal-kartuns għalina t-tfal u għall-kbar kien hemm id-daqq u ż-żfin. Fl-aħħar tas-sereta tkellem is-sindku taż-Żejtun u kif spiċċa ħarqu l-murtali u xegħlu s-sema kollha kuluri.