L-Ambjent tagħna
Gwardarobba f' Nofs tat- Triq
miktub minn Zael Bondin Bonniċi
Ilbieraħ filgħodu fit- Triq San Pawl Żejtun instabet gwardarobba. Kienu rawha ħafna
nies li kienu qed jimxu u anka r- residenti. Dawn bdew isaqsu nies li joqogħdu hemm
jekk hijiex tagħhom.
Din il- gwardarobba kienet tal- injam. Kellha wkoll erba' bibien żrugati bla pumi u erba' merat forma
ta kaxxa. Il- kulur tagħha huwa abjad u vera maħmuġa! Din kienet kollha trab u b' ġurdien mejjet ġo
fiha. Xħin tiftaħ il- bibien issib ħwejjeġ tad- ditta imqattgħin!
Fis- satra tal- lejl kienu qed jagħmlu l- investigazzjoni l- pulizija ħdejn fejn kienet il- gwardarobba kien hemm bandli li għandha l- kameras allura bdew jaraw minn hemm. Ukoll ir- residenti ġew mistoqsija. Dawn wieġbu li m' għandhomx idea min kien. Wara ħafna u ħafna sigħat sabu min kien, marru f' daru u tawh ċitazzjoni. Nafu li min ramieha huwa irresponsabli u bla rispett lejl għajru!
Importanti li nfakkru n- nies li m' għandhomx għalfejn ikunu traskurati u li hemm ċentri apposta tal- wasteserv fejn tista' tieħu l- oġġett u li seta' jbiegħa fuq Facebook jew x' imkien ieħor. Ejja ngħinu l- ambjent!