X'talenti għandhom it-tfal



Illum qegħdin ġol-iskola ta' Ġwanni. Illum se naraw it-tfal juru t-talenti tagħhom. Dan l-ispettaklu sar fl-1 ta' Ġunju 2020.Dan dam siegħa u nofs. Kien hemm mitejn persuna.


Kien hemm erbgħin parteċipant ġo din l-isfida. Il-parteċipanti bdew iħossuhom ferħanin ħafna u naqra biża'. Min jirbaħha jkun jista' jagħmel donazzjoni ta' għaxart elef euro lil min irid. Ġol-attivita' kien hemm il-kunsill lokali. In-nies li bdew jaraw kellhom eċitament kbir.


Qabel ma bdew saqsejt lill-parteriċipanti jekk setgħux jgħiduli x'se jilbsu. Dan li saqsejt kien kantant tajjeb ħafna għax semmgħieli biċċa żgħira mid-diska tiegħu. Imbagħad bdiet il-kompetizzjoni li kienet sabiħa. Meta spiċċat in-nies kienu b'ħalqhom miftuħ.


Meta spiċċat in-nies marru jivvutaw biex jaraw minn rebaħ. Wara ftit kulħadd ivvota lir-rebieħ. Il-president ta l-flus lir-rebbieħ. Dak li rebaħ kien it-tifel li intervistajna. Dak it-tifel ta l-flus lill-istitut.