Meta Mort Earth

Meta mort fuq Earth l-ewwel ħaġa li rajt kienet il-baħar. Kont sorpriż ħafna daqs kemm kien hemm baħar. Fuq il-pjaneta tiegħi Slerp m'hemmx ħafna ilma. L-iktar li hemm lava.


Meta nżilt fuq l-art kien hemm miktub Las Vegas. Mela dak kien l-isem ta' dik il-belt. Kien hemm ftit nies u n-nies li kien hemm kellhom il-maskra għal xi raġuni. Meta bdejt indur rajt deżert u niftakar nitgħallem fuq dan id-deżert fl-iskola tiegħi ġo Slerp. U wara rajt tabella jisimha Area 51. Kienet qisha fortizza tal-militar. Jien kont qed nibża' għax niftakar li hemmhekk kienu qabdu Aljen minn pjaneta oħra. Għalhekk jien ġrejt minn hemm u mort ġon-Naviċella Spazjali tiegħi u mort l-Italja. Kien hemm ħafna ħwienet tal-pizza u tal-għaġin.


Fl-aħħar dort naqra ma' Ruma u tlaqt lura Slerp. Jien kieku nerġa' immur Earth għax hija pjaneta sabiħa ħafna.