L-isfilata tal-Karnival

Kien ix-xahar ta' Frar u kien iż-żmien tal-Karnival.

Mort il-Belt Valletta flimkien mal-mama', mal-papa', mal-kuġina u man-nanna.


Dakinhar morna biex naraw il-festa tal-Karnival. Rajt hafna karrijiet b'kuluri jgħajtu u

ħafna nies bil-kostumi u maskri grotteski li bdew jiżfnu mad-diski sbieħ. Kont smajt nies idoqqu l-istrumenti tal-mużika u jkantaw 'Viva, viva l-Karnival'. Kien hemm ukoll diski brijjużi. L-ikel tal-Karnival ma jonqosx. Kien hemm bejjiegħa jbiegħu l-prinjolata u l-perlini kkuluriti. Jien kont ilbist ta' Ninja għax inħobb noqgħod nistaħba. Il-karru favorit tiegħi kien ir-re għax kellu l-flus, kastell kbir u ħwejjeġ sbieħ.


Tassew ħadt gost niżfen u nkanta. Wara morna nieklu platt għaġin li kien tajjeb immens. F'daqqa waħda malajr kien sar il-ħin u bdejna naħsbu biex imorru lura d-dar. Qabel dħalt ġol-karozza għajjat "Jgħidu x-xjuħ u jgħidu t-tfal, Viva l-jiem tal-Karnival!!''