Email lil xi ħadd li naf
Għażiża Elisa,
Nispera li int u l-familja tiegħek tinsabu tajbin wara li kellkom tarbija oħra. Illum se ngħidlek ħafna fatti dwar Malta.
Malta jkollha ħafna ċelebrazzjonijiet bħal Żejt iż-Żejtun, Sette Giugno u ħafna iktar. Inħobbu niċċelebraw festi bħal Santa Katarina, il-Madonna tal-Karmnu u ħafna iktar festi f'Malta.
Malta jiġu ħafna turisti kull sena. Malta kellha ħafna nies importanti bħal San Pawl, San Ġorġ Preca, Jeun de La Vallette u ħafna iktar. Kont taf li Malta għandha tliet mija, sitta u ħamsin knisja?
Xi postijiet ta' Malta huma Marsaxlokk, Marsaskala, Marsa, Żejtun, Żurrieq, Żabbar, Wied il-Għajn u l-Belt Valletta li hija l-Belt kapitali ta' Malta. Hemm ħafna bini ġo dawn il-postijiet sbieħ ta' Malta. Nispera li dan jgħinek.
Tislijiet,
Martina.