Il-Kamra L-aktar Għal Qalbi

Il-kamra favorita tiegħi hija il-kamra tas-sodda tiegħi, taf għaliex ?

Jien inħobb il-kamra tiegħi għax inqatta' ħafna ħin fiha bħal studju jew tpinġija. Il-kamra tiegħi fiha

ĦAFNA għamara!!! Ftit mill-għamara hija s-sodda, il-gwardarobba u l-iskrivanija, u dawk ftit minn

l-affarjiet biss.



Il-ħitan ta' din il-kamra huma kollha bojod silġ, anke is-saqaf huwa abjad. Mal-ħitan hemm

pitturi kbar u sbieħ mimlijin kuluri. Il-pitturi huma arti astratta (Abstract Art). L-isbaħ ħaġa hi li

tista' tagħmel l-arti astratti b'kull kulur li trid, imma ħa nkomplu nitkellmu fuq il-kamra favorita tiegħi.

Jien f'din il-kamra nagħmel ħafna affarjiet interessanti. Jien inħobb nilgħab il-logħob fuq il-playstation 4 jew inkella npinġi jew ukoll naqra l-kotba favoriti tiegħi tnejn minnhom huma

Lupu Lupettu jew Demolizz.



Jien din il-kamra inħobbha ħafna għax vera komda, sabiħa u għandi ħafna spazju biex nilgħab, naqra, nikteb jew naqbeż. Raġuni oħra għalfejn inħobb din il-kamra hija għax jien meta kont tarbija ġo din il-kamra kont norqod u wkoll niftakar li qatt ma kont nibża' noqgħod waħdi.