IL-FAMILJA TA’ KEN

Ġina u Toni Abdilla jinsabu d-dar waħidhom. Jidhru imdejqin għax it-tnejn li huma jixtiequ tifel jew tifla.


Waqt l-ikla ta’ filgħaxija fuq it-televiżjoni raw riklam dwar l-addozzjoni. “X’taħseb Ton?” xegħel wiċċ Gina.

“Mhux idea ħażina.” weġibha fil-pront Toni. “Xejn xejn id-dar timtela’ għax kbira wisq għalina t-tnejn.” Ma damux jaħsbuha u l-għada marru ħerqana fl-uffiċju tal-addozzjoni. Wara li tkellmu mas-‘social worker’ iffirmaw il-karti li hemm bżonn biex jaddottaw tifla jew tifel.


Ferħanin se jtiru marru l-Indja, ġo stitut tat-tfal. Malli raw lil Ken jiġri għall-fuqhom, wiċċhom xegħel bil-ferħ u saru jħobbuh mill-ewwel.


Issa l-famija Abdilla jinsabu fis-seba’ sema għax il-ħolma tagħhom saret realta’.