X'ġurnata dik!


Għażiż djarju,


X'ġurnata dik! kont qiegħed l-iskola u ħrabt fil-brejk. Miegħi ħarbu ukoll sħabi għax kien hemm il-ħbieb tiegħi kollha miegħi!


Meta ħrabna morna ġo post li għamilna aħna qabel. Wieħed mill-ħbieb tiegħi ġab miegħu ħafna karozzi tat-tfal u bdejna insuquhom. Kellna magħna xi ikel u xorb. Għall-ewwel ħassejtni tajjeb iżda imbagħad bdejt iħossni ħazin. Jien staqsejt lil wieħed mill-ħbieb tiegħi għalfejn konna ħrabna u qalli li ħadd ma kien se jkun jaf b'dak li għamilna. Jien xorta ma kontx komdu u xtaqt noħrog ftit għall-arja. Il-ħabib tiegħi beda jgħidli li ssa kien tard wisq biex immorru lura għax jirrabjaw magħna.