Dakinhar li ntlift

Meta jien kont żgħira, konna morna l-festa ta' San Bastjan u kienet ġrat xi haġa li qatt mhu ser ninsa.



'


Konna qegħdin nieħdu pjacir, meta ommi qalet li kellha l-ġuħ u qaltli biex nistenna fil- kantuniera ħalli ma noqgħodx neqred fil-linja bin nies. Kont ilni nistenna għal xi kwarta u ddecidejt biex immur infittixha jien. Bdejt nibki u ninkwieta u pprovajt nistaqsi lil xi nies jekk kienux raw xi mara waħedha imma n-nies baqgħu jiccassaw lejja. Nofs siegħa għaddiet u kont għadni ma sibthiex.



Kien hemm grupp pulizija fuq il-bankina u mort inkellimhom. Għidtilhom in-numru t'ommi u cemplulha.Qalet li rat il-ħabiba li kienet ila ma tara u qagħdet tparla magħha. Wara xi ftit ġiet għalija.



Minn dik l-esperjenza tgħallimt biex meta ommi tgħidli biex nibqa' xi mkien waħdi, nitkellem u ngħid li ser immur magħha.