FJAMMA
Fjamma huwa squirrel li sabitu tifla nofsu mejjet f'nofs ta' triq. Din it-tifla qabdet dan l-isquirrel ħaditu d-dar, u tagħtu żewġ xokkijiet żgħar b'apparat li ikreat hi permezz ta' batterija u biċċtejn wajers. Dan l-isquirell qam, fetaħ par għajnejn kbar kbar u baqa' ċċassat lejha. Dan l-isquirrel bis-saħħa tax-xokk u l-kimika li ħarġet minn ġol-batterija, ma baqax l-isquirrel li kien iżda sar jitkellem, itir u jonfoħ in-nar. Dan l-isquirrel sar ħabib ħafna tat-tifla u kienu inseparabbli.
Darba waħda Fjamma kien qed jiġri fil-pjazza tar-raħal, Fjamma daħal ġo ħanut tal- pasti u f'kemm ilni ngħidlek beda jiekol kull ma jara. Ma ħalqu kellu ħafna krema, u ġara li f''ħin minnhom ratu waħda mara li bdiet tittawwal minn wara il-ħġieġ u ratlu ħalqu kollu krema iżda din il-mara ħasbitha rgħawa u ħasbet li fjamma kien squirrel marid bil-virus jgħidulu rabies u ċemplet lil pulizija biex tagħmel rapport. F'ħin bla waqt il pjazza tar-raħal intliet bil-pulizija, u b'nies li jieħdu ħsieb l-annimali biex ifittxu u jaqbdu lil Fjamma għax ħasbu li kien ser imardilhom lil kullħadd. Iżda meta saru jafu li ma kienx minnu t-tifla qabdet lil Fjamma u ħaditu fil-foresta biex isib lill-familja tiegħu.
Il-karratru ta' Fjamma jogħġobni ħafna għall-ħbiberija sinċiera li kellu mat-tifla.