Safra mil-laqwa





It-tnejn 21 to' ottubru morna l-Italja bil katamaran. Aħna konna l-mama', il-papa' u l-ħabiba tagħna Cristy. Il-vappur dam sagħtejn biex jasal. X'ħin wasalna morna fil-lukanda li konna bbukjajna qabel. Il-lukanda kienet sabiħa ħafna. Kella 5 pixxini , 3 bandli 6 restorants, 2 ġonna u bitħa kbira ħafna. Meta rajt dawn l-affarjiet kollha kont fuq is-seba' sema daqs kemm ħadt gost .


Jien mill-ewwel mort niġri għal pixxina għax kienet kbira ħafna imma il-mama' qaltli biex l-ewwel nissetiljaw imbagħad immorru mixja u wara mmorru ġol pixxina.


Matul il-mixja rajna it-Torri ta' Pisa. Vera kien sabiħ u ma stajtx nemmen kif għadu ma waqax daqs kemm kien fuq il-ġenb tiegħu . Wara li ġejna mil-mixja morna ġol pixxina . Il-pixxina kienet vera ċara , ma tanx kellu riħa ta klorin u ma tanx kien maħmuġa. Wara morna l-bandli li kien l-iżjed viċin. Jiena ħadt ħafna gost imma wara sfortunatament kellna mmorru d-dar u erġajna qbadna l-katamaran.