Il-ħanut tal-illużjonijiet u bużullotti
Rajt ħanut li jinsab ġo triq prinċipali ġewwa ż-Żejtun. Il-ħanut jismu Maġija u ġewwa
għandu ħafna ġugarelli tal-maġija u tal-bużulloti u għandu ftit kotba fuq il-maġija u
hemm ukoll għażla mdaqqsa ta' kotba tal-bużulotti.
Min barra jidher kbir u tal biża' u għandu tabella kbira ħafna fuq il-bejt tal-ħanut.
Vetrina m'għandux għax tieħu ħafna spazju. Il-ħanut imżejjen ħafna min ġewwa u anke
min barra. Min ġewwa għandu ħafna dwal u ħafna ġugarreli.
Affarijiet tal-maġija jbigħ karti tal-logħob enormi , muniti jisparixxu , likwidi splussivi ,
bżar biex tagħatas u maskri li jixgħelu. Dawk l-affarijiet illi rridhom snin għax
inħobbhom ħafna. Meta dħalt ħassejtni ferħan se ntir. Kont naf eżatti x'irrid. Domt
infittex u nara biex insib dan l-oġġett. X 'ħin bdejt indur fil-ħanut iktar tgerfixt għax
kollox għoġobni. Ma kien hemm xejn li dejjaqni.
Fl-aħħar irnexxieli nsibu! Fliexken mimlijin b'likwidu splussiv kull kulur qisu qawsalla!
Kieku jkolli nerġa' mmur, immur żgur. Għażilt ħafna affarijiet oħra bħall-kostumi u logħob
tal-maġija. Dal-ħanut 'Magija', żgur li nirrakkomandah lil sħabi għax huwa post sabiħ u
il-maġija togħoġobhom bħali, wara kollox.