Maltempata kbira
Ilbieraħ jien mort niċċekja r-rapport tat-temp u skoprejt li l-Ġimgħa riesqa maltempata kbira lejn Malta. Imma jien kelli pjan.
Mort niġri għand il-mastrudaxxa u għidtlu biex jagħtini ħafna biċċiet tal-injam li kellu. Il-Ġimgħa qomt mis-sodda u mort inġib l-injam u għamilthom mat-twieqi u tal-bibien tad-dar, biex ir-riħ u x-xita ma jidħlux.
Fl-għaxra ta' filgħodu bdejt nara sħab iswed riesaq lejn Malta . Ftit sekondi wara bdejt nara s-sajjetti jfaqqgħu
imbgħad bdejt nisma' r ragħad ikarwat.
Xi siegħa wara nfetħu bibien is- sema u bdiet nieżla xita bil-qtiel , qam ħafna riħ ivenven u waqgħet
kesħa xxoqq l-għadam . X ħin bdiet il- maltempata bdejt nibża' u bil-biża' msarni niżluli f'saqajja.
Wara xi ħames sigħat għaddejja resqet minn fuqna u kollox għadda b'wicc il-ġid.
Sewwa jgħidu li wara l- maltemp jiġi l- bnazzi għax qawsalla kollha lwien feġġet fis-sema .
X ħin għadda kollox neħħejt l-injam li waħħalt mal-bibien t-twieqi.