Serqa f'ħanut tal-ħelu



Darba waħda sid il-ħanut tal-ħelu daħal fil- ħanut u sab kollox ta' taħt fuq għax... kienu daħlu żewġ ħallelin. Il-bieb tant kien tal-qamel li meta missew il- bieb inkiser u daħlu mingħir ma ndunaw li kien hemm il- kameras.L-ewwel ħaġa li għamlu huwa li fittxu f'kull kexxun sakemm sabu €100 u baqgħu ifittxu u jkomplu jieklu l-ħelu għax milli jidher għamlu festa! Malli ma sabu xejn iktar, raqdu fil- ħanut u meta ġie s-sid ċempel il-pulizija .Bil-ħoss tas-sirena qamu, ħarġu u sabu l-pulizija ma' wiċċhom . Il-ħallelin sabu ruħhom arrestati, b`hekk kollox spiċċa b' wiċċ il- ġid.