Il-persuna favorita tiegħi.



Il- persuna favorita tiegħi hija Ariana Grande. Din il- persuna nafha minn fuq il-midja soċjali.


Jien qatt ma ltqajt magħha għalkemm nixtieq naraha wiċċ imb wiċċ. Din il- persuna hija famuża madwar id- dinja kollha. Ariana hija attriċi u kantanta bravissima. Hija Amerikana u tgħix Beverly Hills ġo villa kbira. Ariana hija mara sabiħa. Għandha xagħarha twil kulur qastni u għajneja kannella skuri u mġebdin. Twila ħames piedi, irqiqa u hija ftit samranija. L- aktar li jogħġobni fiha hu l-leħen tagħha u d- dehra tagħha.


Jiena nammiraha għax hija brava u kapaċi fil- professjoni tagħha. Jiena la nikber nixtieq insir bħalha u nkun famuża wkoll.