Min jiftaħar jaqa' l-baħar
Darba waħda ħabiba tiegħi ġiet bil-mowbajl l-iskola. Din it-tifla bdiet tiftaħar bih, tant li bdiet tajjar it-tfal li ma kellhomx mowbajl. Wasal il-ħin tal-brejk din it-tifla marret tiġri biex tinki lill-ħabib tagħha bil-mowbajl li kellha. F'ħin minnhom waqagħlha u nkisrilha. Sew jgħid il-qawl malti: min jiftaħar jaqa' l-baħar.