Djalogu

In-nanna: Ħelow! Min hemm?

Jien: Nann, jien, kollox sew?

In-nanna: Ħelow, qalbi. Jiena tajba. Inti?

Jien: Jien tajba, imma daqsxejn eċitata għax se nieħu sehem f'reċta.

In-nanna: Meta se ssir?

Jien: Se ssir fil-ħdax ta' Marzu.

In-nanna: U x'se tkun int?

Jien: Jien se nkun ġganta.

In-nanna: Il-mama' ġejja ukoll ?

Jien: Il-mama' ġejja u jekk m'għandekx x'tagħmel tista' tiġi int ukoll ?

In-nanna: Suppost m'għandi xejn dakinhar.

Jien: Ok mela narak it-Tnejn.

In-nanna: Perfett! Mela narak ma ndumx, qalbi. Sellili għal ommok.