Ġurnata fil-Kampanja

Jiena kont l-iskola u ġew il-ħbieb tiegħi jistaqsunI jekk kontx nixtieq immur ġurnata fil-kampanja magħhom nhar il-Ħadd . Jien għadtilhom iva . Imbagħad staqsejthom jekk oħti setgħatx tiġi magħna u qaluli iva .



Hekk kif mort id-dar staqsejt lil ommi jekk stajtx immur ma' sħabi fil- kampanja. Staqsietni x' ġurnata u qaltli biex l-ewwel niċċekja t-temp. Jien hekk għamilt u kien se jkun xemxi. Wasal il-Ħadd u jien ippakkjajt kollox li kelli bżonn bħal ikel u xorb . Tlajt ġol-karozza tal- ħabib tiegħi u tlaqna. Meta wasalna sibna siġra kbira ħafna u bdejna nilagħbu ħafna logħob bħal dudu twil, ħarba u torri. Fil-kampanja kien hemm kalma , paċi u kwiet. Wara li lgħabna tgħidx kemm kilna u xrobna. Ix-xemx xorbitna u qtajna nifisna ! Hekk kif konna qed nistrieħu smajna l-għasafar ipespsu . Ix-xemx niżlet u beda jidher il-qamar. Aħna qabbadna n-nar, imbagħad għamilna l- 'marshmallows' fuq zokk irqiq u sajjarnihom. Wara tfajnihom ġo gallettina u billejnihom fiċ-ċikkulata. Tgħidx kemm kienet tajba! Wara ftit bdejna nirrakkuntaw storja tal-biza' . Ftit sigħat wara dalam ġmielu u kien sar il- ħin biex immorru lura lejn id-dar.


Erfajna kollox ġol-karozza u tlaqna d-dar. Kont għajjien mejjet u kif dħalt id-dar, mort ninħasel u bqajt sejjer dritt ġos-sodda. Qatt ma nsejt dik il-ġurnata.........

X'ġurnata dik!