Ir-Robot

Xahar ilu ommi xtrat robot li jagħmel ix-xogħol tad-dar. Dan ir-robot jismu Xhris. Huwa ġie vvintat minn Max Kamilleri.


Ir-robot Xhris huwa tad-daqs medju. Huwa magħmul mill-metall minn ġewwa imma mill-plastik abjad fuq barra. Il-forma tar-robot hija bħal ta' persuna, jiġifieri għandu par idejn u saqajn, ras u ġisem. Fuq idejh għandu strixxi blu.


Dan ir-robot jaħdem bil-batterija li tibqa taħdem għal ħin twil sa bil-lejl. Imbagħad ir-robot imur ġo kaxxa tiegħu biex jiċċarġja l-batterija. Xhris huwa robot li jnaddaf id-dar, anki l-gaġeġ tal-annimali. Huwa għandu diversi programmi u jifhem kważi kull lingwa għax huwa imqabbad mal-internet. Huwa ma jistax jinħasel bl-ilma għax jibda jagħti x-xokkijiet. Il-bqija jista jintmesaħ b'ċarruta niedja.


Xhris huwa r-robot favorit tiegħi għax apparti jnaddaf, huwa pprogrammat biex jilgħab miegħi l-ballun u logħob ieħor. Jiena nixtieq li Xhris ir-robot ma jinkisirx ħalli jibqa dejjem miegħi anki meta nikber.