L-LISFILATA TAL- KARNIVAL



Kull sena,fix-xahar ta' frar, jien u l-familja tiegħi mmorru sal- Karnival. Aħna mmorru l-Belt Valletta għall-isfilata tal-Karnival.



Jien u l-familja tiegħi mmorru l- Karnival għax inħobbu naraw l-isfilata. Kif dħalna l- Belt bqajna mixjin u rajna l- karrijiet b'kuluri jgħajtu, ħafna nies libsin kostumi differenti b'wiċċhom miżbugħ u oħrajn bil- maskri. Xi ftit min- nies kienu qed jiżfnu. Jien u oħti smajna l- mużika 'Viva viva l- Karnival!' Ommi xammet ħafna ikel u qabadha l- ġuħ! Morna u xtrajna l- prinjolata u ftit perlini tajbin. Dakinhar jien ilbist il- kostum ta' principessa. Il - karru favorit tiegħi kien l- ewwel wieħed tal- annimali. Fuqu kien hemm iljun sabiħ bis- suf ma' rasu u ħdejh kien hemm iljunfant grottesk miżgħuh bil- kuluri ċilest. Ħdejn l-iljunfant kien hemm ġiraffa safra enormi b'għonqha twil u bit-tikek oranġjo kif ukol żebra sabiħa bl-istrixxi vjola.


Ħadt ħafna gost niżfen u nara l-isfilata. Ommi rat li kien sar il-ħin tant li l-ħin tar! B'hekk morna lura d-dar. Nixtieq li jerġa jiġi Frar! Jgħidu x-xjuħ u jgħidu t-tfal viva l-jiem tal-karnival!