IL-MERILL
18 ta’ Ġunju, 2020
Ktieb prezzjuż jinsteraq mill-Librerija Nazzjonali
Tirraporta Thais Catania
Nhar it-Tnejn li għadda saret serqa mill-Librerija Nazzjonali fil-Belt Valletta.
Għall-ħabta tat- 8:30 am daħlu żewġt irġiel b’wiċċhom mgħotti fil-librerija u serqu ktieb prezzjuż dwar Malta.
Il-ktieb misruq huwa antik ħafna dwar nies li kienu jgħixu f’Malta. Jidher li dan hu ktieb uniku u ta’ valur għoli ħafna.
Skond informazzjoni tal-pulizija jidher li f’dak il-ħin fil-librerija kien hemm biss żewġ ħaddiema li ma kellhomx ċans iwaqqfu lill-ħallelin. Il-pulizija qed jaraw il-kameras tas-sigurta’ biex ikollhom aktar informazzjoni dwar fejn setgħu ħarbu l-irġiel.