Il-Kamra tas-Salott
Id-dar tan-nanna hija kbira u antika. Il-kamra tas-salott dejjem tinżamm magħluqa. Darba waħda, meta n-nanna kienet rieqda, il-kurżita' għelbitni u dħalt ġol-kamra tas-salott.
Ma stajtx nemmen dak li rajt. Kien hemm kamra spazzjuża u ġo fiha kien hemm ħafna xadini ġo gaġeġ kbar. Ħdejn il-gaġeġ kien hemm ħafna tipi ta' likwidi. Jien bdejt naħseb li n-nanna kellha x-xadini bħala annimali domestiċi tagħha. Wara li bdejt naħseb hekk jien ħriġt imma xorta ma kontx naf għalxiex kienet qed iżżommhom fil-kamra b'mod sigriet.
Wara ġurnata jien mort għidtilha x'rajt u qaltli! Imma mhux li kont qed nimmaġina. Hi qaltli li dawk kienu esperimenti fuq ix-xadini. Kienet qed tagħmel l-esperimenti għax żewġ min-nies kienu qalulha li jekk turihom l-esperimenti fuq ix-xadini kienu se jagħtuha €5000.
Jien iddeċidej li mhux se nerġa' mmur f'dik il-kamra għax ma ħadtx gost li rajt dawk ix-xadini magħluqin f'dawk il-gaġeġ.