Ġest sabiħ li għamilt ma' xi ħadd għall-Milied
Ġest huwa meta tagħmel xi ħaġa tajba għal ħaddieħor. Il-ġest sabiħ li għamilt matul il-vaganzi tal-Milied huwa li naddaft il-kamra tiegħi. B'dan il-ġest għint lil ommi. Jiena għamilt il-guggarelli kollha f'posthom. Għażilt dan il-ġest sabiħ għax kelli wisq imbarraz fil-kamra tiegħi. Meta lestejt ħassejtni ferħan! Kelli l-kamra tiegħi sabiħa u nadifa. Ommi ferħet ħafna meta rat il-kamra żbarazzata. B'dan il-ġest jiena urejt rispett kbir lejn ommi. Minn din l-esperjenza tgħallimt li jiena għandi nżomm dejjem il-kamra nadifa. B'hekk ommi u jiena nkunu dejjem ferħanin.