Pastini
bil-ġamm
Bħalissa qegħdin id-dar mal-familja. Għalhekk iddeċidejt li nsajjar il-pastini bil-ġamm ma' ommi, man-nanna u ma' ħija. Għal din ir-riċetta għandek bżonn xi reċipjenti bħal kontenitur, il miżien biex tiżen, il-lembuba u l-forma. Għandek bżonn ukoll l-ingredjenti. Għandek bżonn tqiq, bajd, butir, zokkor, qxur tal-larinġa u lumija u qtar tal-vanilla. Iżen kollox fil-miżien. Wara, itfa' l-ingredjenti ġol-kontenitur u għaqqad bil-bajd sakemm tiġi għaġina. Ħalliha ftit. Wara iftaħ l-għaġina bil-lembuba u aqta' bil-forma. Itfa' ftit ġamm jew nutella u wara li tlesti turtiera, itfa' fil-forn. Ma tantx damu ma saru. Waqt li bdew isiru kien hawn riħa tfuħ li taqsamlek qalbek! Il-pastini ġew veru tajbin u kilna ħafna minnhom. Wara dawn għamilna l-figolli.