Il-Magna taż-Żmien



Darba waħda ommi kellha bżonn toħroġ u lili u lil ħuti ħallietna maz-zija tagħha. Din ma tantx kienet tiflaħ timxi, miskina, u wara li preparatilna xi ħaga tal-ikel marret isserraħ ftit saqajha fuq pulturuna fis-salott. Lilna qaltilna biex ma ninzlux fil-kantina.


Il-kurżita għelbitna u ddeċidejna li ninżlu naraw x'kien hemm. Fost ħafna trab u għanqbut kien hemm ħafna affarijiet antiki bħal kwadri ,ġugarelli u ħafna mbarazz ieħor. Minn wara xkaffa fil-għoli rajna bħal dawl jiddi, oħti bezghet imma jien kont aktar kuraġġuża u mort nara x'kien. Kienet bħal kaxxa li minnha ħareġ dawl qawwi.








Malli missejnieha sibna ruħna fl-istess kantina, imma din id-darba l-post kien nadif tazza u kollox kien pulit u f'postu. Tlajna niġru 'l fuq u hrigna fil-ġnien. Hemmhekk iltqajna ma' żewgt itfal li kienu qedgħin jilagħbu bil-boċċi u biż-żibeġ, magħhom kellhom qattus ċkejken ta' lewn griż. Ħija staqsijhom x'kien jisimhom u huma wieġbu li kien jisimhom Dorianne u Matthew. Oħti stagħġbet kif dawn kien jisimhom bħal mama' u bħaz-ziju. Huma stidnunha biex nilgħabu magħhom, u tgħidx kemm ħadna gost! Dik it-tifla għamlitli brazzuletta biż-żibeġ u jien ilbistha mill-ewwel. Ħin minnhom ħija deher kemmxejn konfuż u staqsijhom x'kienet il-ġurnata, huma weġbuh li kien it-18 ta'Gunju ta'l-1990.








Wara ftit ħarġet mara li kienet fula maqsuma mal-mama', għajtitilhom biex jidħlu jieklu u lilna stednitna biex nidħlu nieklu magħhom imma għednilha li kien sarilna l-ħin biex nirritornaw lura d-dar. Jiena u ħuti inżilna niġru fil-kantina biex infittxu dik il-kaxxa misterjuża, missejnieha u f'tebqa t'għajn erġajna lura fil-kantina mimlija għanqbut u trab.


Aħna ma stajniex nemmnu dak li għaddejna minnu u ddeċidejna li nżommu kollox għalina. Jien kelli rikordju speċjali għax f'idi kien għad għandi l-brazzuletta. Mur għejdilha lil dik it-tifla li għoxrin sena wara kellha terġa' tiltaqa' miegħi.