IL-persuna favorita tiegħi


Il-persuna favorita tiegħi huwa ħija. Jismu Liam u kumjomu Abela.Twieled fl-14 t'Ottubru 2017.


Għandu xagħru bjond u wiċċu ovali u huwa qasir. Il-karnaġġjon tiegħu huwa bajdani. Għandu ħames snin u huwa ħafna storbjuż. Għandu għajnejh blu fl-aħdar. Il-mama' tigħdlu biex imur għand id-dentist imma hu ma jħobbx imur! Ħija bilfors irid imur din is-sena għax għandu snienu suwed faħma! Hu jħobb ħafna jmur il-Buskett u ġieli morna avventura mal-mama' u man-nannu. Iħobb ukoll jilgħab il-baskitbol. Sena oħra ommi ħa tibagħtu jipprattika mat-tim tat-tmien snin 'il fuq. Il-passatemp ta' ħija huwa t-tpinġija, hu jħobb ipinġi kull ma jara. Huwa jigħn lill-mama', lill-papa' u lili naħslu l-platti. Il-kuluri favoriti tiegħu huma aħdar, oranġjo u blu. Iżda l-kulur blu hu l-iktar li jħobb. Ukoll iħobb jiekol il-pizza u l-"lasagnia"


Jiena nixtiequ jkun iktar bravu u jċedi għax għand in-nanna meta nilagħbu l-"board games" in-nanna tgħidilna biex inċedu imma hu qatt ma jċedi ! Għażilt lil ħija għax jiena nħobbu ħafna u għandna ħafna affarijiet komuni.