Ikteb paġna fid-djarju tiegħek dwar kif qattajt il-vaganżi tal-karnival



Għażiż Djarju,


Kemm ili ma' nitkellem ftit miegħek. Qed nikteb, sabiex nirrakontalek ftit x'għamilt fil-vaganżi tal-Karnival.


Is-Sibt filgħodu kien jum sabiħ u għalhekk ommi u missieri iddeċidew li jieħdu lili u lil oħti sabiex immoru naraw l-karrijiet tal-karnival.Jiena u oħti konna ferħanin ser intiru. Ftit wara morna nippreparaw l-kostum tal-karnival. Jiena lbist bħala dragun fil waqt li oħti libset bħala tarbija.Dawn l-ilbiesi ħititomli n-nanna. Meta wasalna l-Belt kien hemm ċorma tfal libsin kostumi differenti.


Ħafna nies kienu qed jiżfnu mal-mużika u kien hemm ukoll ħafna ikel tradizzjonali apposta tal-karnival.Ftit ħin wara sibna post taħt arkata fejn stajna naraw l-karrijiet mil-viċin.Kien hemm ħafna briju u divertiment. Dawn kienu vera tad-daħq. Kien hemm wieħed qed jiprova jaqbeż min fuq trakk. Wara nofsinhar morna nieħdu kafe' u missieri iddeċieda li jordna l-prinjolata li hija l-ħelu tradizzjonali tal-karnival, kienet tassew tajba.Għal xi sebgħa ta' filgħaxija morna naraw ftit in-nanna, hemm kien hemm l-kugini tagħna.


Il-Ħadd kont mistiedna għall-festin tal-karnival. Hemmhekk ħadt pjaċier ħafna. Issa ser inħallik għax ninsab vera għajjiena. Għada ser immur lura l-iskola u ser nibdew l-ezamijiet.


Miktuba min Gail Gerada