L-ikel favorit tiegħi!
L-ikel favorit tiegħi huwa:
FROĠA TAT-TARJA!
Il-mamà u n-nanna t-tnejn jafu kemm inħobb it-tarja, allura jagħmluhieli ta' spiss. Imma tan-nanna hija itjeb! It-tarja tkun magħmula bil-bajd u bit-tewm. Meta tkun qed issir, tgħidx kemm tibda tfuħ!
Biex tiġi itjeb, nitfa' l-ġobon tal-ħakk. Xi drabi nitfa' wkoll il-bżar u l-melħ. Il-papà jħobb jagħmillha l-keċap imma jien ma tantx togħġobni hekk.
Meta mmorru ġo restorant, qatt ma jkollhom tarja. L-anqas meta ġieli konna msefrin barra minn Malta, qatt ma sibtha imkien fl-ebda menù.