Familja ġdida għal Ken
Darba waħda John u Karen waqt l-ikla ta filgħaxija raw dokumentarju fuq it-televiżjoni fuq il-faqar li hemm l-Indja u kemm hemm tfal iltiema. Huma ma kellhomx tfal u ħarsu lejn xulxin bl-istess ħsieb.
L-għada marru l-uffiċċju tal-missjoni biex jimlew il-karti biex jibdew il-proċċes biex jadottaw. Wara ħafna xhur ta stennija huma ġew infurmati li jistgħu morru l-Indja għat-tifel li addottaw.
Huma kienu eċitati ħafna għax kienu ħa jiltaqgħu mat-tifel għall- ewwel darba. Kulma kellhom kien ritratt żgħir u kienu jafu li kien jismu Ken. Meta waslu l-Indja ħaduhom l-istitut u kien hemm ħafna tfal li ma kellhomx ġenituri. F'daqqa waħda raw tifel jiġri għal-ħdejhom. Huma ndunaw li kien Ken u huma għanquh magħhom.
Flimkien huma irritornaw lura Malta u issa kienu familja kompluta. Huma kienu ferm kuntenti speċjalment Ken li issa kellhu familja ġdida.
finished