Inżomm Djarju
Is-Sibt: 23 ta’ Diċembru, 2023
Għażiż Djarju,
Illum kienet ġurnata sabiħa. Kif qomt illum int? Jien illum tirt min ġos-sodda għax kont naf li kien ser ikolli ġurnata mimlija daqs bajda. Il-familja tiegħi u jien iddeċidejna li mmorru għand in-nanniet. Lgħabt mall-kuġini. Wara nofsinhar, studjajt u qrajt ftit. Mort wkoll dawra bir-rota viċin id-dar tagħna. Filgħaxija, mort niekol ikla bnina mal-familja min
restorant f’tas-Sliema. Dorna ftit ħwienet u ħsibna biex nirritornaw lura d-dar. Meta wasalna lura d-dar, inħsilna, rajna film u morna norqdu. Kienet ġurnata mill-isbaħ.
_________________________________________________________________
Il-Ħadd: 24 ta’ Diċembru, 2023
Għażiż Djarju,
Illum kelli ġurnata speċjali ħafna għax kien għeluq snin ħija. Filgħodu kantajnielu l-kanzunetta t’għeluq sninu. Mort mal-familja tiegħi nisimgħu l-quddies tat-tmienja ta’ filgħodu. Morna dawra bil-karozza ġdida fjamanta sal-Għadira. Mxejna ftit max-xatt il-baħar. Wara nofsinhar, irritornajna d-dar għax kellhom jiġu l-kuġini u z-zijiet. Għamilna festin żgħir lil ħija. Tgħidx kemm ħadna pjaċir! Il-ħin tar. Qabel ma telqgħu il-familjari, ħija qasam il-kejk delizjuz li preparat ommi. Naddafna d-dar, nhsilna u morna norqdu.
_________________________________________________________________
It-Tnejn: 25 ta’ Diċembru, 2023
Għażiż Djarju,
Illum qomt ħerqana għax kienet ġurnata mistennija. Kien il-Milied. Malli qomt, għint lill-familja tiegħi nipreparaw l-ikel u l-mejda għal-ikla tal-Milied. Mort nismgħa l-quddiesa tal-għaxra. Morna nżuru n-nanniet u qassamna r-rigali. B’sorpriza kbira, qlajt arloġġ li kont ilni ħerqana għalih. F’nofsinhar, morna d-dar tagħna nieklu. Ħadna wkoll d-deserta. Qagħdt nilgħab flimkien ma’ ħuti u l-ġenituri tiegħi. Filgħaxija, konna mistidnin għand iz-zijiet u ftaħna r-rigali. Kif wasalna lura d-dar, kont għajjiena mejta u rqadt.
Il-Milied it-tajjeb!! xxx
Shazney Galea
Year 6.1