Il- Persuna favorita tiegħi



Il-persuna favorita tiegħi hija z-zija Janice. Hi tgħix Wied il-Għajn f'Malta.


Iz-zija Janice hija mara twila u rqiqa. Għandha għajneha kannella cari u xagħarha kannella skur. Iz-zija tiegħi għandha karattru ferrieħi. Taf tmur ħafna man-nies għax dħulija u simpatika. Iz-zija hija mara ndipendenti u ambizzjuża. Hija taħdem ġo bank il-Belt Valletta. Bħala passatemp tħobb issajjar u tmur timxi. Il-ħaġa favorita fiz-zija hi li tħobb toqgħod tilgħab miegħi bil-'Playstation'.


L-aktar ħaġa li nammira fiz-zija Janice hi li tipprova tlaħħaq ma' kollox. La nikber nixtieq insir bħalha għax għandha qalbha tad-deheb.

_________________________________