Mejċa Mitlufa
Il-ktieb li qrajt jismu 'Mejċa Mitlufa'.
Dan il-ktieb kitbitu Natalie Portelli.
Darba waħda kien hemm qattusa li kienet qed tistenna mxarrba għasra ħdejn bieb ta' dar. Ommha ħallietha hemm biex tkun addottata bħal ħuta. Ġara li kien hemm tifla Petra li wara li waslet mill-iskola rat qattusa ħdejn il-bieb tad-dar tagħha u wara li staqsiet lil ommha daħħlitha ġewwa u semmietha Mejċa..
L-għada Petra marret l-iskola u ħalliet lil Mejċa rieqda. F'ħin minnhom Mejċa qamet u daħlet torqod ġol-gwardarobba. Ġara li din il-gwardarobba ġie għaliha wieħed raġel li xtraha u Mejċa, bla ma ħadd induna baqgħet rieqda ġol-gwardarobba! Kif Petra ndunat li Mejċa kienet intilfet hi u ommha marru jfittxuha għand dak ir-raġel li kien xtara l-gwardarobba u fl-aħħar sabuha.
Għoġobni ħafna dan il-ktieb għax storja fuq qattusa li spiċċat tajjeb.