Frar li għadda jien u l-familja tiegħi konna qed nippreparaw il-kostum tagħna.Il-mama' tiegħi libset libsa twila,il-papa' libes jeans,qmis u ġakketta ħoxna għax barra kien il-bard u jiena ilbist ta' Superman għax kien jogħġobni ħafna.Aħna morna ġol-karozza u tlaqna lejn id-dar tan-nanniet tagħna.L-ewwel morna għand in-nanna Tina.Hi kienet diġa' lesta u daħlet ġol-karozza tagħna.Hi kienet qed titkellhem miegħi sakemm morna għand il-ħabib tiegħi Daniel.Anke' hu kien diġa' lest.Imbagħad tlaqna lejn il-Belt Valletta .Wasalna hemmhekk u malajr morna fejn il-karrijiet.Kollha kienu sbieħ imma l-iktar li għoġobni kien tal-annnimali għax kienu sbieħ ħafna.Meta daqqu l-għaxra nieqes kwart morna nieklu l-perlini u l-prinjolata.Kien hemm ħafna nies u morna nisimgħu d-diski.L-Innu tal-Karnival kien qiegħed idoqq ta' spiss.Daqqu s-siegħa u kulħadd mar biex jara ż-żeffiena jiżfnu.L-ilbies tagħhom kien ikkulurit u qasir.Iż-żeffiera damu mis-siegħa sas-sagħtejn u nofs.Ħadna ħafna gost narawhom jiżfnu .Fil-ħamsa u kwart morna ġo restorant kbir ħafna.Jiena ordnajt pizza u orange juice.L-ikel u x-xorb kienu tajbin ħafna u tlaqna minn ġor-restorant.Daqqu l-ħdax u nofs ta' filgħaxija u kulħadd mar ġol-ġnien kbir għax kien sar il-ħin għal murtali.Il-murtali kienu sbieħ,ikkuluriti u kbar.F'Nofsillejl morna d-dar imma l-ewwel wassalna l-Daniel u n-nanna Tina.Jogħġobni ħafna l-Karnival u wara jiġi r-Randan.Fir-Randan jien għamilt ħafna sagrifiċċju.