L-isfilatan tal-Karnival


Ta' kull sena, fil-Frar jiġi żmien tal-Karnival. Jien flimkien mal-familja kollha morna sal-Belt Valletta .



Hemmhekk morna naraw l-isfilata tal-Karnival u tgħidx kemm kien hemm sabiħ! Kien hemm ħafna karrijjiet b' kulur jgħajtu, nies lebsin il-kostumi b' wiċċhom miżbgħuh u kif ukoll iż-żeffiena. Smajt nies li bdew idoqqu l-istrumenti tal-mużika u jkantaw ' Viva, Viva l-Karnival' . Kien hemm ħafna diski brijjużi. Rajt ukoll xi ikel tipiku tal-Karnival eżempju l-prinjolata u l-perlini. Jien ilbist il-kostum ta' Ċiklemfusa. Fl-isfilata kien hemm karru tal-annimal magħmul minn erba annimali. Kellu ljun li kien kannella b' għanejh tondi, ħodor u kbar

bil-pil goff oranġjo madwar wiċċu. Ħdejn l-iljun kien hemm iljunfant enormi ċilesti b' għajnejh bluni, widnejh kbar u tromba twila tarmi l-karti. Ħdejn l-iljunfant kien hemm ġiraffa safra bit-tikek kbar oranġjo, b' għajnejha ċilesti u għonqha twil, u ħdejn il-ġiraffa kien hemm żebra bl-istrixxi vjola.



Qalb dak il-ferħ u brijju ħassejtni ferħana se ntir! Tassew ħadt gost nilgħab ma' sħabi u nara l-isfilata tal-Karnival! Sar il-ħin u qabadna l-ġuħ, b'hekk morna f' kafetterija nitrejqu ftit imbagħad morna lura d-dar!

Jgħidu x-xjuħ u jgħidu t-tfal,

Viva l-jiem tal-Karnival!!!