IL-KITBA TA' ITTRA ELETTRONIKA.


LIL:magdamaria@internet.com


MINGĦAND: emily.catania@posta.com.mt


Data : 12.07.2018


SUĠĠETT: Tislijiet minn Malta.


Għażiża Magda,


Kemm ħadt pjaċir bl- ittra elettronika. Jien bqajt id- dar imma qed immur il-baħar ta' spiss. Iz-zija Martina qed tiġi għalija bil- karozza u mmorru Birżebbuġa. Maz-zija jiġu l-kuġini tiegħi u nieħu gost nibni kastelli magħhom fuq ir-ramel. Qed naqra ħafna kotba kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti.


Saqsejt lil mama' u qaltli li nista' niġi jumejn għandek.Meta tkun tista' għidli meta tridni niġi u jien inkun hemm. Narak ma ndumx.



Tislijiet ,

Emily.