Il-Jum Oranġjo
James: Ħellow Sabrina?
Sabrina: Ħellow James. kif inti?
James: Jien tajjeb ħafna u inti?
Sabrina: Jien ukoll tajba ħafna. Kif sejjer ġod-dar il-ġdida?
James: Drajt naqra mhux ħażin, qed nieħu pjaċir li għandi kamra għalija. Inti kif sejra b'oħtok iż-żgħira?
Sabrina: Tibki naqra mhux ħażin, għandha bżonn ħafna atenzjoni.
James: Sabrina, sħabi żeffiena lesti li jiġu jagħmlu żifna u jkantaw magħna għal-Jum Oranġjo.
Sabrina: Fejn se ssir l-attivita u x'ħin.
James: Il-Belt quddiem kastilja fid-disgħa ta' filgħodu nhar il-Ħadd.
Sabrina: X'diska se nisfnu u nkantaw ħalli niprepara korjografija u nibdew nippratikaw?
James: Jiena ħsibt fid-diska (Heal the world) għax bħalisa għadejjin minn ħafna tbatijiet fid-dinja u nahseb li taqbel ħafna.
Sabrina:Iva għoġbitni l-ideja għax għandha kliem li jmissu l-qalb.
James: Illejla fil-ħamsa niltaqgħu l-bandli taż-Żejtun ħalli nibdew il-prattika ħalli nkunu lesti għal nhar il-Ħadd.
Sabrina: Iva nibdew mil-lum ħalli din il-ġimgħa nlestu u nipperfezzjonaw kollox.
James: Ok mela kollox ghal-lejla. Saħħa.
Sabrina: Saħħa mela ftehmna.