Il-persuna favorita tiegħi
L-iktar persuna favorita u importanti għalija huwa n-nannu. In-nannu tiegħi jismu Raymond u huwa l-papa' ta' ommi. Jien narah kważi kuljum!
In-nannu għandu wiċċu sabiħ. Għandu xagħru qasir u ħafif. Hu qasir mit-tul. In-nannu jaħdem bħala stampatur; jiprintja l-ħwejjeġ, mugs, stickers u business cards. Hu jħobb jara l-futbol u t-tim favorit tiegħu huwa l-Juventus, dan huwa t-tim favorit tiegħi wkoll. In-nannu għandu karattru ferrieħi u dħuli u jaf imur tajjeb ħafna man-nies.
Fl-erbatax t'April jagħlaq tnejn u sittin sena. Jiena nħobb ħafna lin-nannu!