Il-persuna favorita tiegħi





Il-persuna favorita tiegħi tiġi minni. Din mhi ħadd ħlief ommi.Il-mama' tiegħi jisimha Doriette. Għandha xagħrha twil u nnuklat. Għajnejha żgħar u kannella u għandha mnieħer żgħir. Ommi għandha 45 sena b'karnaġġjon samrani. Il-mama' għandha karattru dħuli u hi simpatika. Hi taħdem bħala L.S.E. fi skola mat-tfal żgħar. Il-passatempi tagħha huma l-qari u t-tisjir. Ommi tibża' mill-wirdien u meta tara xi waħda tgħidx kemm twerżaq li tqajjem lil ġirien minn xi raqda ħelwa. Meta tarani mdejjaq dejjem tferraħni u tagħmilli kuraġġ biex ma naqtax qalbi. L-aktar ħaġa li togħġobni fiha hi li għandha qalbha f'idha u lesta li tgħin lil kullħadd. Ommi hi mara qalbenija u jien inħobbha ħafna għax hi tieħu ħsieb lili u lil ħuti.