Ġurnata fil-kampanja
Il-Ħadd mort il-Buskett. Jien mort mal-mama` u ma Chocolate chomper (il-fenek tal-Indi tiegħi). Chocolate chomper kiel biċċa siġra u rajna ħafna siġar, fjuri, friefet u bankijiet. Jien u l-mama` morna fuq bank u bdejna nieklu u nixorbu l-ilma u Chocolate chomper kiel l-ispinaċi. Imbagħad smajna ħafna storbju u morna naraw x`qed jiġri u rajna ħafna tfal jilagħbu l-futbol. Jien mort nilgħab magħhom sakemm sar il-ħin biex imorru d-dar. Meta konna fil-karozza rajt li ħallejt il-ballun warajja l-Buskett u erġajna morna u domna biex sibna l-ballun. Filgħaxija sibna l-ballun u morna d-dar.