Ġurnata fil-kampanja
Jum fost l-oħrajn jien u l-familja deċidejna li morru l-Buskett. Domna siegħa fil-karozza għax kien 'il bogħod ħafna. Meta wasalna ommi qaltli biex inżomm lil Elly il-kelba, waqt li missieri u ommi joħorħu l-affarijiet minn ġol-karozza u jien mort insib post. Meta ġiet ommi bdiet tipprepara l-ħobż biż-żejt u frott, waqt li jiena u oħti ż-żgħira bdejna naqbżu fil-ħaxix. Rajt lil ommi tagħmilli sinjal biex immur niekol, għallura għedt lil oħti biex tiġi. Ommi għamlitli l-ħobż biż-żejt, niżilli għasel daqs kemm kien tajjeb! Meta kilna morna nilgħabu bil-ballun ta' oħti, wara li lagħbna għal siegħa ommi qaltilna biex imorru mixja sal-bandli. Rajt ħafna fjuri sbieħ u kien hemm ħafna siġar tal-frott, kien hemm mandolin,għeneb u ftit ċiras aħmar. Meta wasalna jien u missieri bdejna nisimgħu l-ħsejjes ta' xi ħaġa tinaj. Missieri qal lil ommi u 'l oħti li ra ferħ ta' qattus, u aħna morna nfittxuh.F'daqqa waħda rajt lil missieri u f'idejh kellu l-ferħ tal-qattus. Mort u għannaqtha waħda sew. Staqsejt lil ommi biex inżommuha għandna, kif smajt iva fraħt ħafna u semmejta Miea.